Dalgħodu għall-ħabta tal-10:30 a.m. issejħet ambulanza f’Għajn Tuffieħa wara li kien hemm Franċiż ta’ 21 sena bil-Jet ski u baqa’ dieħel f’dgħajsa li kienet wieqfa.
Dan is-sit jinsab infurmat li minħabba s-sitwazzjoni ta’ aċċess, l-awtoritajiet involuti kkordinaw biex ir-raġel seta’ jinġarr permezz tal-assistenza tal-AFM lejn il-bajja tal-ġnejna fejn kien hemm ambulanza u tim mediku lesti biex jassistuh.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.