Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNATA: Identifikata l-persuna li tilfet ħajjitha lbieraħ fi Kyiv

Aqra wkoll

Ġurnalista li taħdem għall-istazzjon tal-aħbarijiet Radio Liberty fl-Ukrajna, inqatlet waqt il-bumbardament li seħħ ilbieraħ fi Kyiv.

Vera Gyrych kienet tinsab għal kwiet id-dar, meta missila laqtet id-dar tagħha, skont stqarrija li ngħatat minn Radio Liberty.

Uħud mill-kollegi tal-vittma esprimew is-sogħba tagħhom għal din l-aħbar kerha fuq il-midja soċjali, fejn iddeskrivew lil Gyrych bħala persuna b’qalb tajba u professjonali ħafna f’xogħolha.

Iktar kmieni dalgħodu, is-Sindku ta’ Kyiv, Vitali Klitschko, ħabbar li nstab katavru ta’ persuna li tilfet ħajjitha fl-attakk li seħħ ilbieraħ fi Kyiv, però dak il-ħin ma tax dettalji dwar l-identità tal-vittma.

IKTAR KMIENI LLUM: Persuna tilfet ħajjitha fl-attakk li seħħ ilbieraħ fi Kyiv

Persuna tilfet ħajjitha fl-attakk li seħħ ilbieraħ fi Kyiv. Dan ħabbru s-Sindku ta’ Kyiv, Vitali Klitschko.

Klitschko qal li l-katavru nstab waqt li l-ekwipaġġ tas-salvataġġ kienu għaddejjin bi tfittxija f’wieħed mill-bini li ntlaqat minn rocket fid-distrett ta’ Shevchenkivskyi.

Ritratt: Emilio Morenatti, AP

L-attakk fi Kyiv seħħ waqt li kien hemm is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Antonio Guterres, fil-kapitali tal-Ukrajna, li kien jinsab fuq żjara sabiex jiltaqa’ mal-President Ukren Volodymyr Zelensky.

Huwa rrappurtat li Zelensky qies dan l-attakk bħala umiljazzjoni mir-Russja fil-konfront tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Ekonomija

Sport