Sunday, November 24, 2024

AĠĠORNATA: Il-bajja tax-Xemxija tajba mill-ġdid għall-għawm

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm fis-sit indikat fix-Xemxija hija mill-ġdid tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż biex ma jsirx għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.

Aktar qabel: Żbroff tad-drenaġġ fix-Xemxija jikkontanima l-bajja

Matul il-ġurnata tal-lum ġie rrapportat żbroff tad-drenaġġ fix-Xemxija u kien għalhekk li id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba żbroff tad-drenaġġ li affettwat il-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm u li tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema kif indikat. L-uffiċjali qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-kontaminazzjoni.

It-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi mbassar f’dan l-istadju.

Sport