Friday, December 13, 2024

AĠĠORNATA: Il-BOV isolvi problemi tekniċi bid-depożiti u l-pagamenti

Aqra wkoll

Il-Bank Of Valletta jixtieq jirringrazzja lill-pubbliku li fehem il-ħsarat tekniċi li esperjenzaw dawk il-klijenti li kellhom bżonn jagħmlu depożiti u pagamenti.

Filwaqt li kkonferma li s-sitwazzjoni ġiet kontrollata, il-bank skuża ruħu tal-inkonvenjent li setgħu ħolqu dawn il-problemi għal xi ħin.

10:00 a.m: Il-Bank of Valletta, ftit tal-ħin ilu, ħabbar li qed jesperjenza problemi tekniċi b’depożiti li qed isiru mill-ATMs u bil-pagamenti li qed isiru permezz tal-BOV App. 

Il-bank ikompli jispjega li filwaqt illi l-pagamenti li jsiru minn fuq l-internet jew permezz tal-mowbajl qed jiġu rreġistrati, dawn se jkunu pproċessati iktar tard.

Filwaqt li ntalbet apoloġija lil dawk kollha li ġew affettwati minn dan l-inkonvenjent, il-bank wiegħed li għaddej b’ħidma sfiqa sabiex is-sitwazzjoni tissolva fl-iqsar ħin possibbli.

Ekonomija

Sport