Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit qalu li dik il-fekruna hija waħda rari ħafna, u hija tar-razza Hermanni.
Jirriżulta li biex wieħed iżomm dik it-tip ta’ fekkruna li ħafna drabi trid tiġi importata għandu bżonn id-dokumenti mill-awtoritajiet, kif ukoll għandha tkun ċċipjata. Il-fekkruna tiswa l-mijiet ta’ ewro.
Sorsi qrib dan is-sit qalu li sid il-fekkruna jista’ jkun li ġie ddentifikat u bl-ebda mod ma ried jarmija. Tant li ilu għal dawn l-aħħar sigħat ifittixha sakemm feġġ ir-ritratt tagħha fuq il-midja soċjali.
Biex issa s-sid jieħu lura l-fekkruna trid tinqara ċ-ċippa u anke jipprovdi d-dokumenti kollha meħtieġa lill-awtoritajiet.
05.00pm: Persuni jarmu fekruna… u tinstab ftit qabel ma tgħaffġet għand WasteServ f’Għawdex
Persuna jew persuni mhux magħrufa ramew fekruna f’waħda mill-boroż li jinġabru llum. Kien għal ftit li din il-fekruna li ntremiet ħajja ma spiċċatx tgħaffġet.
Fuq il-paġna tagħhom WasteServ qalu li kulħadd jaf li baqa’ persuni li ma jisseparawx l-iskart tagħhom b’mod tajjeb, iżda li jitfgħu annimali ħajjin biex jinqatlu mal-iskart hija xi ħaġa terribli.
S’issa għadu mhux magħruf x’se jsir mill-fekruna li nstabet fil-Facilita ta’ tal-Kus f’Għawdex