Tuesday, November 26, 2024

AĠĠORNATA: Il-GWU tirtira t-tilwima industrijali fit-Teatru Manoel

Aqra wkoll

Il-GWU irtirat it-tilwima industrija fit-Teatru Manoel wara li ntlaħaq ftehim
Dalgħodu. Dan hekk kif it-Taqsima Ospitalità u Ikel fi ħdan il-General Workers’ Union kellha laqgħa ta’ konċiljazzjoni mal-management tat-Teatru Manoel fejn permezz ta’ djalogu kostruttiv u sforzi kollaborattivi, iż-żewġ partijiet qablu dwar it-triq ‘il quddiem u waslu għal ftehim. Fid-dawl ta’ dan, l-unjin irtirat it-tilwima industrijali li kienet irreġistrata fit-Teatru Manoel.

Proprju lbieraħ, it-Taqsima Ospitalità u Ikel fi ħdan il-General Workers’ Union irreġistrat tilwima industrijali fit-Teatru Manoel mad-Dipartiment DIER minħabba l-intransiġenza tat-tmexxija tal-istess teatru.  

It-Taqsima waslet għal dan il-pass wara diversi tentattivi li għamlet biex iż-żewġ partijiet jiltaqgħu biex jibdew in-negozjati għal ftehim kollettiv ġdid. It-Taqsima wriet l-interess biex ittejjeb il-kundizzjonijiet u l-pagi tal-membri tagħha. Għalkemm għamlet diversi tentattivi biex tpoġġi fuq il-mejda biex jinbdew id-diskussjonijiet il-maniġment baqa’ jirrifjuta.  

Fin-nuqqas ta’ interess mill-maniġment sabiex jinbdew it-taħdidiet il-GWU ma kellix triq oħra ħlief li tirreġistra tali tilwima bil-ħsieb li tmur għall-azzjonijiet industrijali. 

Il-GWU tiskuża ruħha mal-pubbliku għal kull inkonvenjent li jista’ jinħoloq minħabba direttivi li jistgħu jingħataw f’dawn iż-żminijiet ta’ festi. 

Sport