Monday, September 23, 2024

Aġġornata: Il-persuna li ttellgħet minn Marsalforn ċċertifikata mejta minkejja tentattivi biex tiġi salvata

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Inewsmalta tinsab infurmata li minkejja tentattivi biex il-persuna li ttellgħet mill-baħar f’Marsalforn tiġi salvata, sfortunatament il-persuna ġiet iċċertifikata mejta fil-post ftit tal-mumenti wara.

Qabel: Bħalissa għaddejja ħidma biex tkun salvata persuna li kellha diffikultà hi u tgħum fil-bajja ta’ Marsalforn.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ inewsmalta li r-rapport daħal għall-ħabta tal-11.20 a.m.

Fil-post issejħu l-ambulanzi, ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija. Jidher li l-persuna kienet qiegħda tirċievi assistenza medika fil-post. Dan is-sit jinsab infurmat li l-persuna ngħatat s-cpr fil-post

Aktar dettalji kif jaslulna...

Sport