Thursday, December 26, 2024

AĠĠORNATA: Il-PGNiG issostni li r-Russja kisret il-ftehim li kien hemm bejniethom

Aqra wkoll

Il-kumpanija tal-gass Pollakka PGNiG, f’reazzjoni li kellha wara li l-Gazprom fis-sigħat li għaddew waqfet milli tipprovdi provvista tal-gass lejn il-Polonja u l-Bulgarija, hija qalet li r-Russja m’onoratx il-ftehim li kien hemm bejniethom.

Il-PGNiG saħqet li din l-azzjoni mhix se tieqaf hawn. Intant, hija ħabbret li se tkun qed tuża “Kull mezz legali possibbli” sabiex tingħata kumpens mir-Russja.

Skont il-midja Ingliż BBC, il-Bulgarija wkoll akkużat lir-Russja li m’onaratx il-kuntratt

IKTAR KMIENI LLUM: Ir-Russja terġa’ tibda tesporta l-gass lejn il-Polonja wara waqfien temporanju

Il-provvista tal-gass mir-Russja lejn il-Polonja reġgħet kompliet wara li iktar kmieni dalgħodu skont rapporti bbażati fuq data min-network tal-Unjoni Ewropea tħabbar li r-Russja ma baqgħetx tforni lill-Polonja bil-provvista tal-gass.

Kien hemm perjodu ta’ ħin fejn il-provvista tal-gass fil-Yamal-Europe pipeline — li jagħti mill-Belarus għall-Polonja — niżlet għal żero.

Il-Polonja min-naħa tagħha, il-bieraħ kienet qalet li ġa rċeviet theddida mir-Russja dwar dan, hekk kif hija rrifjutat li tħallas għall-provvista tal-gass bil-munita Russa — ir-ruble. Din ir-regola l-ġdida rigward il-pagament kienet imħabbra fil-31 ta’ Marzu li għadda.

Il-kumpanija tal-gass Pollakka PGNiG, tiddependi bil-kbir fuq il-kumpanija ġganteska tal-gass Russa Gazprom għall-maġġoranza tal-importazzjoni tal-gass lejn il-Polonja.

Ekonomija

Sport