Saturday, November 9, 2024

AĠĠORNATA: Il-vittma tal-inċident fil-Marsa huwa Eritrean ta’ 29 sena

Aqra wkoll

Raġel Eritrean ta’ 29 sena miet f’inċident li seħħ nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta tas-2:00 p.m fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa.

Mill-ewwel indikazzjoni jidher li r-raġel ttajjar minn karozza tal-għamla Vitz misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti Ħal Qormi. 

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku li prova jagħti l-ewwel għajnuna lir-raġel, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

It-triq direzzjoni lejn il-Marsa kienet tinsab temporanjament magħluqa għat-traffiku sakemm il-Pulizija kompliet bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan l-inċident.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport