Tħabbret il-mewt tar-raġel li t-Tlieta li għadda ddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex minħabba ġrieħi serji li sofra f’inċident tat-traffiku.
Ir-raġel ta’ 62 sena residenti l-Fontana sofra ġrieħi serji wara li għall-ħabta tad-9:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel kien intlaqat minn mutur tat-tip Honda CRF misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti l-Qala.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħaditu lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.