Sunday, November 3, 2024

AĠĠORNATA: Imut l-anzjan li ntlaqat minn mutur f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

L-anzjan li lbieraħ sofra ġrieħi serji wara li ntlaqat minn mutur tilef ħajtu wara sigħat rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Huwa ddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tat-08:30 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Dwieli, Raħal il-Ġdid.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 87 sena residenti Raħal il-Ġdid stess weġġa’ wara li ntlaqat minn mutur Honda li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Isla.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport