Raġel iddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta ta’ 11:45 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq iż-żejfa, fil-Mosta.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li nqalbet vettura Honda fit wara li raġel ta’ 52 sena mill-Mosta tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Fortunatament huwa ma sofra l-ebda ġrieħi.