Fl-aħħar ħin il-Pulizija fi stqarrija maħruġa minnha kkonfermat li t-tfajla li lbieraħ kienet irrapurtata nieqsa nstabet qawwija u sħiħa.
Fl-istess stqarrija l-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku tal-għajnuna tiegħu.
Ilbieraħ:
Il-Pulizija qed tfittex għal tfajla ta’ 15-il sena li ġiet irrapportata nieqsa. Shakira Degabriele, hija rapportata li bidlet il-kulur ta’ xagħarha.
Intant kull min għandu xi informazzjoni dwarha, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001/119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.