Raġel iddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-8:50 a.m kien involut f’inċident fi blokka ta’ appartamenti fi Triq Ġorġ Zahra f’Ħal Luqa.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li raġel ta’ 45 sena waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ tindif u konsegwentament spiċċa fuq karozza li kienet ipparkjata.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei b’urġenza għal aktar kura. Aktar tard irriżulta li r-raġel sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.