Sewwieq ta’ mutur ta’ 19-il sena residenti l-Ħamrun kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident fil-Ħamrun.
Kien ilbieraħ għall-ħabta tas-1.00 p.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kif seħħ inċident fi Triq il-Kbira San Ġużepp.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Toyota Belta misjuqa minn Libjan ta’ 21 sena residenti San Ġwann u mutur misjuq mill-vittma.
Dan tal-aħħar ittieħed l-Isptar b’ambulanza fejn aktar tard irriżulta li kien sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.