Friday, December 27, 2024

AĠĠORNATA: Iweġġa’ gravi wara li baqa’ dieħel bil-vann f’ħajt f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad f’San Pawl il-Baħar.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li anzjan ta’ 75 sena residenti l-Imġarr għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vann tal-għamla Peugeot Parnter li kien qiegħed isuq u baqa’ dieħel f’ħajt. 

Fil-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili minħabba li s-sewwieq spiċċa maqbud fil-vann li kien qiegħed isuq.

Issejħet ukoll ambulanza li ħadet lis-sewwieq lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport