Persuna sofriet ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta ta’ 11:45 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-Gżira.
Skont l-ewwel investigazzjonijiet jidher li Kolumbjana ta’ 34 sena residenti San Ġiljan intlaqtet minn vettura viċin Manoel Island.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li se tieħu lill-persuna – li s’issa għadha mhux magħrufa l-identità tagħha – lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.