Friday, December 13, 2024

AĠĠORNATA: L-anzjana li mietet waqt li kienet qed tgħum f’Buġibba hija Ingliża

Aqra wkoll

Mara tilfet ħajjitha wara li kienet qed tgħum fl-akkwati ta’ Triq Dawret il-Gżejjer, Buġibba, għall-ħabta tan-12:30 p.m.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Ingliża ta’ 66 sena kienet qed tgħum meta għal xi raġuni sabet ruħha f’diffikultà. Xi persuni lemħu lill-mara wiċċha ‘l isfel fl-ilma.

Il-mara ttellgħet l-art u ngħatat l-ewwel għajnuna minn persuni li kienu jinsabu fil-viċin u xi lifeguards. Tim mediku ssejjaħ fuq il-post, però, sfortunatament hija ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport