Membri mis-Soċjetà tas-Salib Maltija tas-Salib l-Aħmar li nzertaw waqt ronda fil-limiti ta’ Fra Ben fil-Qawra taw l-ewwel għajnuna tagħhom wara li dgħajsa nħakmet minn nirien.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar u skont l-ewwel informazzjoni jidher li d-dgħajsa nħakmet minn nirien wara splużjoni.
Jidher li l-erba’ persuni li kienu abbord qabżu minnufih fil-baħar u aktar tard ġew megħjuna minn persuni abbord dgħajsa oħra li kienet fil-viċin.
Fil-post issejħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li ħadu ħsieb li jikkontrollaw in-nirien.
Fl-inħawi ssejħu ambulanzi u timijiet mediċi minnufih, iżda kelliem għall-pulizija kkonferma ma’ talk.mt li l-persuni rriffjutaw l-assistenza medika.