Thursday, December 26, 2024

AĠĠORNATA: Liberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor wara li wieġeb ħati li darab raġel ieħor

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, ir-raġel mill-Ghana ta’ 30 sena quddiem il-Maġistrat tal- Għassa Dr Monica Vella.

Hu ġie akkużat li waqt li kien f’appartament fi Triq Marsilja, Sannat, Għawdex, hedded u kkaġuna ġrieħi gravi lil raġel ieħor.

Ir-raġel wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ġie liberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Qabel: Żewġ persuni mill-Ghana sofrew ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:15 p.m kienu involtu f’argument li seħħ fi Triq Marsilja fis-Sannat Għawdex.

Skont investigazzjonijiet li saru rriżulta li kien żvolġa argument bejn iż-żewġt irġiel; wieħed ta’ 34 sena u l-ieħor ta’ 30 sena.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, u r-raġel ta’ 34 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li r-raġel ta’ 30 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport