Saturday, November 23, 2024

Aġġornata: Passiġġiera sofriet ġrieħi serji u sewwieq sofra ġrieħi ħfief f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Ritratt: Inewsmalta

Mara ta’ 32 sena u raġel ta’ 40 sena kellhom jittieħdu b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ.

Il-pulizija marret minnufih fil-post fejn minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Porte misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żabbar u mutur tat-tip Harley Davidson misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti r-Rabat. Is-sewwieq tal-mutur kellu miegħu passiġġiera mara ta’ 32 sena residenti l-Imtarfa.

Kemm ix-xufier kif ukoll il-passiġġiera tal-mutur ittieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li l-mara ġiet iċċertifkata li qed issofri minn ġrieħi serji, filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Bil-każ ġie infurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr. Martin Farrugia li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport