Uffiċjali mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit (RIU) fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, ntalbu biex jikkontrollaw sitwazzjoni li eskalat barra minn Corradino Grounds f’Raħal Ġdid.

Skont informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li xi ġenituri u persuni oħra kienu qegħdin isegwu logħba futbol tal-youths meta f’ħin minnhom inħoloq argument bejn xi persuni wara li ġew imkeċċija xi plejers.

Fil-post kellu jissejjaħ ukoll tim mediku u amulanza li assistew persuna li sofra xi ġrieħi wara li twaddbu xi ġebel fuq in-naħa ta’ barra tal-grawnd.
Jidher li saħansitra l-Pulizija kellha teskorta lir-referee li kkontrolla l-logħba lejn il-karozza tiegħu bħala miżura ta’ prekawzjoni.