Wednesday, April 24, 2024

AĠĠORNATA: Raġel jindarab gravi f’inċident tat-traffiku fir-Rabat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tliet persuni ddaħħlu l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-12:15 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi triq Għeriexem fir-Rabat.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li seħħet ħabta bejn vann Toyota Townace misjuq minn raġel 63 residenti r-Rabat u Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. Riekeb flimkien mas-sewwieq tal-vann, kien hemm raġel ta’ 69 sena residenti r-Rabat.

Jidher li mad-daqqa l-vann baqa’ dieħel f’parapett ftit metri bogħod.

Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew lir-raġel maqbud fil-vann u passiġġier li kien miegħu. 

Issejħet ukoll assistenza medika u ambulanzi biex it-tliet persuni involuti fl-inċident setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater dei għall-kura neċessarja.

Aktar tard irriżulta li s-sewwieq tal-vann kien sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li ż-żewġ persuni oħra sofrew ġrieħi ħfief.

L-investigazzjoni tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadha għaddejja.

Sport