Sunday, December 22, 2024

Aġġornata: Raġel jitlef ħajtu wara li qabeż fil-baħar u sab il-blat f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Illum għall-ħabta tat-3:30 p.m raġel kellu jiddaħħal l-isptar wara li kien involut f’inċident taħt il-forti ta’ Tigne f’Tas-Sliema.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li Tork ta’ 40 sena residenti Tas-Sliema waqa’ fuq il-blat waqt li kien qed jaqbeż ġol-baħar f’bajja li tinsab fl-akkwati ta’ Tignè.

Fuq il-post issejħu ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku fejn ir-raġel kellu jingħata s-CPR. Wara ddaħħal lura fejn il-moll u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport