Raġel sofra ġrieħi serji wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid .
Is-sewwieq tal-mutur ta’ 27 sena min-Nepal residenti Tal-Pietà kien involut f’ħabta ma’ Reneault Megane misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Santa Luċija.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marsanne Farrugia li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.