Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNATA: Sewwieqa ta’ mutur tindarab ħafif f’inċident tat-traffiku fil-Marsa-Ħamrun by-pass

Aqra wkoll

Sewwieqa ta’ mutur iddaħħlet l-isptar wara li għall-ħabta tat-7:45am seħħ inċident tat-traffiku fil-Marsa-Ħamrun by-pass. Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan mas-sit Talk.mt.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Peugot 107 misjuqa minn raġel ta’ 60 sena residenti n-Naxxar u mutur Kymco Lite misjuq minn mara ta’ 43 sena residenti l-Fgura.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieqa tal-mutur sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport