Saturday, September 14, 2024

AĠĠORNATA: Tarbija fost il-vittmi tal-attakk fil-Ġermanja… mad-daqqa spiċċat ittir mill-pram

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wieħed minn fost ir-ritratti li nxterdu b’rabta mal-każ tal-vettura li nstaqet għal fuq in-nies fil-Ġermanja huwa dak ta’ pram li tħalliet mixħuta għal għonq it-triq. It-tarbija li kienet qiegħda fiha hija waħda minn fost il-vittmi li s’issa telgħu għal erbgħa. Filwaqt li mhux eskluż li dawn ikomplu jiżdiedu, l-ewwel indikazzjonijiet juru li l-attakk kien wieħed pjanat minn qabel.

Skont l-ewwel rapporti barranin, l-aggressur ġie identifikat bħala Bernd W, deskritt bħala bniedem stramb u li fi tfulitu kien aggressiv ukoll. L-istess rapporti qegħdin jgħidu li l-aggressur beda jgħix fil-vettura li biha saq għal fuq in-nies sa mill-ewwel ġranet wara l-mewt ta’ ommu.

Qabel: Minn tal-anqas żewġ persuni nqatlu u madwar 15 oħra ndarbu wara li ntlaqtu minn vettura fil-belt ta’ Trier fil-Ġermanja.

Il-Pulizija Ġermaniża kkonfermat li b’rabta mal-każ arrestat sewwieq ta’ 51 sena.

Minkejja dan f’dan l-istadju għadu mhux magħruf x’seta’ wassal għal dan l-inċident u sakemm qegħdin isiru l-investigazzjonijiet l-awtoritajiet appellaw lill-pubbliku biex jevita l-post.

Ekonomija

Sport