Tfajla ddaħħlet għall-kura fl-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tal-9:45 a.m sabet ruħha f’diffikultà fil-Qawra.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ talk.mt li mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li t-tfajla barranija waqgħet fuq xi blat max-xatt qrib id-Dolmen Hotel.
It-tfajla ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar b’ambulanza. Aktar tard hija kienet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi ħfief.