Tifel u tifla ta’ 14-il sena ttieħdu l-Isptar wara li weġġgħu f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-3:00 p.m.
L-inċident seħħ fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, fl-Imqabba meta ż-żewġt itfal intlaqtu minn karozza tal-għamla Volkswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Qrendi.
Tim mediku wasal fuq il-post biex jagħti l-assistenza sakemm huma setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei. Aktar tard irriżulta li t-tifla sofriet ġrieħi ħfief, filwaqt li t-tifel sofra ġrieħi ta’ natura gravi
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.