Dan is-sit jista’ jikkonferma li f’ħin qasir mill-bidu tat-tfittxijiet tal-Pulizija, il-persuna ġiet identifikata u avviċinata mill-uffiċjali involuti fl-operazzjoni.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma magħna li ġie evitat kull periklu u li s-sitwazzjoni tinsab kompletament taħt kontroll. Fl-istess waqt huwa rringrazzja lill-pubbliku għall-koperazzjoni tiegħu biex seta’ jinstab dan il-persuna.
12:30 p.m: Tfittxija għal persuna allegatament armata f’Marsaskala
Il-Pulizija tinsab għaddejja bi tfittxijiet f’Marsaskala wara li aktar kmieni rċeviet rapport ta’ persuni li allegatament deher armat fi Triq l-Iskal fl-imsemmija lokalità.
Talk.mt jinsab infurmat li fil-post hemm numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija li minnufih bdew bit-tfittxija tagħhom.
Jidher li fil-post issejħet ukoll ambulanza u tim mediku bħala prekawzjoni f’każ ta’ eventwalità.
Aktar informazzjoni kif taslilna…