Saturday, November 16, 2024

AĠĠORNATA: Tweġġa’ gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tal-10:30 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Mellieħa fil-Mellieħa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-mara – ta’ 35 sena minn Ħal Tarxien, kienet qed issuq Opel Corsa meta ħabtet ma’ Peugeot Expert misjuqa minn mara ta’ 33 sena mir-Rabat, Għawdex.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara minn Ħal Tarxien lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard irriżulta li sofriet minn ġrieħi gravi. Is-sewwieqa tal-karozza l-oħra ma sofrietx ġrieħi f’dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport