Friday, December 13, 2024

AĠĠORNATA: Vittmi u persuni midruba fl-istazzjonijiet tal-ferroviji ta’ Vinnytsia

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu kien hemm attakki fuq ħames stazzjonijiet tal-ferroviji Ukreni, fosthom fi Vinnytsia u fi Lviv.

Wara l-ħbit mir-Russi fuq l-istazzjonijiet tal-ferroviji ta’ Zhmerynka u ta’ Kozyatyn, fi Vinnytsia hemm numru ta’ vittmi u oħrajn midruba, però s’issa l-ammont għadu mhux stabbilit. Dan ħabbru l-Mexxej tar-reġjun ta’ Vinnytsia, Serhiy Borzov.

Min-naħa l-oħra, il-Mexxej ta’ Lviv, Maksym Kozytskyy, iddikjara li ma kienx hemm vittmi jew nies midruba fl-istazzjon ta’ Krasne fi Lviv.

AKTAR KMIENI LLUM: Attakki fuq ħames stazzjonijiet tal-ferroviji Ukreni

Ħames stazzjonijiet tal-ferroviji fiċ-ċentru u fil-Punent tal-Ukrajna ġew attakkati iktar kmieni dalgħodu. Dan kien irrappurtat minn diversi stazzjonijiet tal-ferroviji Ukreni.

Oleksander Kamyshin, li huwa nkarigat mit-tmexxija tal-kumpanija tal-ferroviji Ukrzaliznytsia fl-Ukrajna, qal li l-attakki saru dalgħodu f’temp ta’ siegħa.

Iktar kmieni dan ix-xahar sar attakk fuq stazzjon tal-ferrovija fi Kramatorsk, fejn għadd ta’ residenti mir-reġjun ta’ Donetsk bdew jistennew li jiġu evakwati għal reġjuni iżjed sikuri fl-Ukrajna. Huwa stmat li dan l-attakk ħalla madwar 50 vittma, inkluż tfal. 

Ekonomija

Sport