Thursday, December 26, 2024

Aġġornata: Xufier tat-taxi mixli b’kompliċità fi ħruq ta’ bieb

Aqra wkoll

Il-Pulizija ressqet fil-Qorti lit-tieni raġel arrestat b’rabta man-nirien li ħakmu bieb ta’ dar f’Ħal Luqa fid-19 ta’ Diċembru li għadda.

Liam Vidal ta’ 39 sena minn Ta’ Xbiex kien mixli li fl-isemmi jum, f’xi ħin bejn it-3.00 a.m. u l-5.00 a.m., irrenda ruħu kompliċi fl-għoti tan-nar lil bieb ta’ dar li tinsab fi Triq il-Wilġa b’dannu għal Emanuel Ellul.

L-Ispetturi Mario Xiberras u Hubert Cini, li investigaw il-każ, infurmaw lill-Maġistrat Ian Farrugia kif s’issa għadhom ma stabbilixxewx ir-raġuni għala l-akkużat involva ruħu f’dan ir-reat.

Min-naħa tiegħu, l-Avukat Ezekiel Psaila għall-akkużat sostna li l-klijent tiegħu kien qed iwieġeb mhux ħati u minbarra l-ħelsien mill-arrest talab ukoll id-divjett ta’ ismu.

Madankollu l-Maġistrat Farrugia ċaħad iż-żewġ talbiet biex hekk Vidal baqa’ miżmum taħt arrest.

Dwar dan il-każ il-Pulizija diġa ressqet lil Alan Brown ta’ 44 sena mill-Gżira fejn huwa wkoll wieġeb li ma kienx ħati u baqa’ miżmum taħt arrest.

Arrestata t-tieni persuna b’rabta ma’ ħruq ta’ residenza f’Ħal Luqa

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar ħruq ta’ residenza li seħħ f’Diċembru li għadda, f’Ħal Luqa issoktaw fl-aħħar sigħat u kienet arrestata t-tieni persuna b’rabta ma’ dan il-każ.

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti (Violent Crimes Unit) fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u dawk mid-Distrett ta’ Ħal Luqa, ilbieraħ arrestaw raġel ta’ 39 sena residenti Ta’ Xbiex. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta tal-għaxra 10:00 a.m, quddiem ilMaġistrat Dr. Ian Farrugia u se jkun akkużat fost oħrajn li rrenda ruħu kompliċi f’dan irreat.

Dwar dan il-każ, il-Pulizija diġa’ arrestat raġel ta’ 44 sena, residenti l-Gżira u l-għada tressaq il-Qorti akkużat bil-każ fejn wieġeb mhux ħati u baqa’ jinżamm taħt
arrest preventiv.

Dan il-każ kien seħħ fi Triq il-Wilġa, Ħal Luqa fid-19 ta’ Diċembru, 2019 għal ħabta tat-3:30 a.m.

Aqra wkoll:

https://www.inewsmalta.com/2020/05/ragel-mixli-li-ta-n-nar-pjanta-ma-bieb-ta-dar/
Ekonomija

Sport