Thursday, June 13, 2024

AĠĠORNAT:Il-Maġistrat Montebello mhux se timpedixxi l-persuni li dehru llum milli јsiefru

Aqra wkoll

Dwar safar, il-Maġistrat qalet li mhux se timpedixxi l-persuni li llum dehru fil-Qorti b’ċitazzjoni, milli jsiefru iżda sostniet li dawn għandhom jidhru f’kull seduta. Ma’ dan l-obbligu hemm marbuta garanzija personali ta’ €25,000.

Id-difiża ta’ kull persuna li għandha l-proċeduri fil-Qorti, irreġistrat oġġezzjoni għall-esperti kollha li qabbdet il-Maġistrat Gabriella Vella fl-inkjesta li ġie rappurtat li tat €11-il miljun f’direct orders.

Il-każ ikompli jinstema’ fit-13 ta’ Ġunju fil-11am b’aktar provi jkompli jinstemgħu wkoll fis-seduta ta’ wara skedata fit-19 ta’ Ġunju fil-11am.

7:19 p.m- L-avukat difensur јiċaħad li Dr Muscat kien se jsiefer illum

Fl-aħħar aaġġornamenti, L-Avukat Galea f’isem l-eks PM Joseph Muscat saret enfasi b’rabta fuq il-midja soċjali tal-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fejn allega li Muscat se jsiefer illejla.

L-avukat difensur ċaħad li Dr Muscat se jsiefer illum. Semma kif l-istess Azzopardi semma Netflix u s-safar u kumbinazzjoni l-uffiċjal Prosekutur semma wkoll dawn iż-żewġ kelmiet fit-talbiet tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni għamlet talba li biex din il-kawża titkompla, tkun imposta kundizzjoni li l-imputati biex issiefru mill-pajjiż jitolbu permess tal-Qorti.

Il-Prosekuzzjoni talbet ukoll li l-imputati m’għandhomx jikkummentaw waqt li tkun għaddejja din il-kawża.

5:20 p.m- Il-Maġistrat Montebello tati digriet li bih ordnat l-ordni ta’ iffriżar fil-konfront tal-akkużati

Hekk kif il-każ kompla quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, il-Maġistrat Montebello tat id-digriet li bih ordnat l-ordni ta’ ffriżar fil-konfront tal-akkużati, fost oħrajn ordni ta’ ffriżar €30 miljun fil-konfront tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Min-naħa tagħha l-Prosekuzzjoni spјegat li dan l-ammont hu indikat mill-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella.

Intant, kelliem għall-kumpanija Sciacca Grill spјega li kien hemm tibdil fis-sid tan-negozju fl-2014 u l-konċessjoni saret wara fl-2016, jiġifieri wara.

Intqal kif dak iffriżat lilha hu t-terz ta’ dak li qagħlet minn dak iż-żmien. Il-Maġistrat Rachel Montebello reġgħet semmiet id-digriet li tat hi ftit qabel.

3.00p.m-L-avukati jitolbu kjarifika mill-Prosekuzzјoni sabiex јindikaw fejn ir-rikavat ta’ €30 miljun fil-konfront ta’ Muscat

Hekk kif kompla јinstema l-każ quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, l-Avuktati ta’ Dr Joseph Muscat għamlet mistoqsiјa lill-Prosekuzzjoni u staqsewhom biex јindikaw fejn ir-rikavat ta’ €30 miljun fil-konfront tal-eks Prim Ministru jinsabu.

B’reazzјoni għal dan, il-Prosekuzzjoni reġgħet sostniet li l-ordni ta’ ffrizar toħroġ mill-inkjesta tal-Maġistrat Vella

Intant, il-Maġistrat Montebello għamlet talba lill-Prosekuzzјoni sabiex ittella’ aktar xhieda, speċifikament dawk ta’ importanza dwar l-ordni ta’ iffriżar.

1.15p.m- JOSEPH MUSCAT IWIEĠEB “ASSOLUTAMENT MHUX ĦATI”

Wara li nqraw l-akkużi mill-Prosekuzzjoni, Dr Joseph Muscat wieġeb “assolutament mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Konrad Mizzi u Keith Schembri wkoll wieġbu mhux ħatja.

Bosta akkużati oħra wkoll wieġbu li mhumiex ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.

12.45 p.m- AĠĠORNAT: Il-Prosekuzzjoni tibda taqra l-akkużi … f’awla ppakkjata

F’Awla ppakkjata, il-Prosekuzzjoni bdiet taqra l-akkużi fil-konfront tal-imputati. Akkużi li fost l-oħrajn, jinkludu ħasil ta’ flus, li dejjem kienu miċħuda mill-imputati.

Preżenti fl-awla hawn għadd kbir ta’ avukati, membri tal-midja u membri oħra tal-pubbliku.

Il-kawża qed tinstema quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.

Aktar dettalji mal-ħin.

9.15 a.m- Il-Qorti tiċħad talba ta’ Repubblika biex ikunu parti mill-kawża ta’ Joseph Muscat

Il-Qorti tal-Maġistrat ċaħdet it-talba ta’ Repubblika biex tiddaħħal fil-proċeduri li se jibdew jinstemgħu fil-konfront fil-konfront ta’ Joseph Muscat u persuni oħra.

Fil-fehma tal-Qorti, il-vittmi ta’ reati bħal ħasil tal-flus, korruzzjoni, estorsjoni u
kxif ta’ sigrieti uffiċjali, li huma fost ir-reati addebitati lil uħud mill-persuni
akkużati f’dawn il-proċeduri, m’humiex faċilment identifikabbli, u kif sewwa
ġie sottomess mir-rikorrenti fir-rikors tagħha, il-ħsara tiġġarrab b’mod indirett
mis-soċjeta’.

Il-Qorti qalet li ma jistax jingħad illi r-rikorrenti hi direttament hija stess affettwata mir-reati addebitati lillpersuni akkużati f’dan il-proċediment.

“Jekk xejn, il-vittma identifikabbli, li tintlaqat b’mod dirett bil-kommissjoni ta’ reati bħal dawk fuq imsemmija, m’hu ħadd ħlief l-Istat innifsu jew, safejn jirrigwarda allegat misapproprjazzjoni ta’ jew qligħ illegali minn, fondi pubbliċi, il-Gvern ta’ Malta”

F’kull każ, jispetta dejjem lill-Qorti li tivvaluta u tiddeċiedi jekk biex persuna
għandhiex titqies bħala l-parti offiża u biex b’hekk ikollha l-jedd li tiddaħħal
bħala parti fil-proċeduri u fil-każ in diżamina, il-Qorti tqis illi REPUBBLIKA
ma tissodisfax il-kriterju ta’ persuna offiża bir-reati addebitati lill-imputati.

Għaldaqstant il-Maġistrat Rachel Montebello ċaħdet it-talba ta’ Repubblika biex titqies bħala parti offiża u tiddaħħal f’dawn il-proċeduri

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport