Monday, March 9, 2026

“Agħar minn missieru”

Iranjani jitkellmu dwar il-ħatra ta’ Mojtaba bħala mexxej Suprem

Aqra wkoll

“Mojtaba hu ħafna agħar minn missieru.” Hekk qalet mara li għandha qrib 40 sena waqt li kienet qiegħda titkellem mal-aġenzija tal-aħbarijiet BBC.

“Jien ma nafx hekk għadux ħaj, però jekk għadu żgur li l-Istati Uniti u Iżrael se joqtluh. Sal-bieraħ filgħaxija fl-Iran kien hawn protesti kontra Mojtaba. Ħadd ma jridu fit-tmexxija ħlief l-ogħla uffiċjali tar-reġim,” qal mara li riedet tibqa’ anonima.

“Nispera biss li Mojtaba jiġi maqtul u r-reġim kollu jispiċċa… jekk mhux se jsir hekk allura taħt Mojtaba aħna kollha mejtin. Dak hu ferm agħar minn missieru…” qalet mara oħra waqt li kienet qiegħda titkellem mal-aġenzija tal-aħbarijiet BBC.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport