Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek għall-futbol?
Aħna familja li nħobbu l-futbol, u bħala tifel kont noħlom li nsir plejer professjonali.
Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek tilgħab f’Malta.
Qattajt sentejn f’Malta. L-ewwel sena ma’ Marsaxlok u t-tieni ma’ Swieqi. Kienet l-unika esperjenza tiegħi barra mill-Arġentina. Kienu sentejn mill-isbaħ.
U dik preżenti tiegħek fit-Tielet Diviżjoni fl-Arġentina.
Il-futbol Arġentin huwa kompetittiv ħafna u jintlagħab taħt ħafna pressjoni. Verament nieħu gost bih.
X’tista’ tgħid dwar il-livell tal-futbol f’Malta?
L-istandard tal-futbol f’Malta huwa kompetittiv; huwa kampjonat li qed jikber. Insegwi l-kampjonat u nista’ nara li qed jgħaddi minn ħafna bidliet għall-aħjar.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn kontu titħarrġu u tilagħbu fihom?
Huma grawnds tajbin biex titħarreġ u hemm ħafna timijiet b’faċilitajiet mill-aqwa.
Kemm hu differenti l-futbol fl-Arġentina minn dak f’Malta?
Id-differenza bejn il-futbol Malti u dak Arġentin hija li fl-Arġentina huwa aktar fiżiku, filwaqt li f’Malta huwa aktar tattiku u tekniku.
Kif qed tara l-futur tiegħek fil-futbol?
Dejjem naspira li nibqa’ nżid timijiet aħjar mas-CV tiegħi … għalhekk tkun opportunità tajba li nerġa’ lura Malta f’xi punt.
Għaddi messaġġ finali lil dawk kollha li jixtiequ jibdew karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Il-messaġġ tiegħi lil dawk il-plejers li qed jibdew jew iridu jsegwu karriera fil-futbol huwa li jagħtu kollox u jiftakru li l-passjoni hija importanti ħafna.

