L-eks chairman ta’ Juventus, Giovanni Cobolli Gigli, f’intervista li kellu fi programm televiżiv Taljan sostna li l-president attwali, Andrea Agnelli, messu tkellem qabel dwar il-ferment li kien għaddej bih id-dressing tal-klabb minn Turin.
“Hi xi ħaġa ċara daqs il-kristall li wara t-telfa kontra Maccabi, il-president Agnelli tkellem bl-aktar mod sinċier dwar x’inhu għaddej fil-klabb bħalissa. Hi ħaġa ċara wkoll li d-dressing room tal-klabb jinsab maqsum u ċerti miżuri messhom ittieħdu qabel ma’ beda l-istaġun.”
Cobolli Gigli qal li hu tal-opinjoni li ċerti plejers ma jridux lil Massimilano Allegri bħala kowċ.