Saturday, December 21, 2024

“Aħbar falza u min għamilha jmissu jistħi”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru jiċħad allegazzjonijiet dwar mediċini skaduti f’Għawdex

Id-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar staqsa fil-parlament rigward is-sitwazzjoni fl-Isptar f’Għawdex u allega wkoll li qegħdin jintremew mediċini li qegħdin jinxtraw b’data ta’ skadenza fil-viċin u b’hekk ma jilħqux jintużaw.

Il-Ministru Fearne ċaħad kategorikament dawn l-allegazzjonijiet u qal li “Mediċini li jintużaw fuq pazjenti Għawdxin huma l-istess mediċini li jintużaw fuq pazjenti Maltin u jinxtraw mill-istess aġenzija, aġenti u bl-istess kuntratti… allura l-allegazzjoni ta’ min qiegħed jipprova jgħid li l-Għawdxin qegħdin jingħataw xi mediċini skaduti, din hija aħbar falza u allarmanti u min għamilha jmissu jistħi”.

Dwar id-dewmien fl-appuntamenti u l-waitinglist, il-Ministru Fearne kkonferma li fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex in-numru ta’ speċjalisti li qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom fil-gżira, żdied b’mod konsiderevoli. Spjega li Steward Health Care ngħataw konċessjoni b’dati ta’ kemm jistgħu jdumu l-appuntamenti. 

Ekonomija

Sport