Wednesday, February 18, 2026

“Aħbar pożittiva”

- Iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA), Dr. Charles Mangion

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

“L-aħħar riżultati tat-turiżmu jikkonfermaw li dan il-pilastru ekonomiku jikkontribwixxi madwar 17% tal-attività ekonomika ta’ pajjizna. Barra minnhekk għandu spill over effect wiesa’ ħafna għax l-attività turistika hija varja u wiesa’ u għalhekk tikkontribwixxi għal għixien aħjar ta’ ħafna familji.

Li jkollok route schedule wiesa’ u varjata  huwa important biex issostni l-attività turistika u tassigura numru ta’ turisti li l-pajjiż ikollu bżonn u jżomm din l-attività b’mod sostenibbli. Għalhekk, l-iskeda sostanzjali tal-KM Airlines għas-sajf 2026, hija aħbar pożittiva u tkompli tikkomplimenta ż-żiedet li linji tal-ajru oħra diġà ħabbru.

Illum Malta għandha konnessjoni diretta ma’ kważi l-kapitali kollha fl-Ewropa u għandha wkoll konnessjonijiet diretti minn ħafna  postijiet msejħa reġjonali imma li għandhom reach ta’ suq qawwi. Matul 2026 dan se jkun kumplimentat minn Gunju 2026 b’titjiriet diretti minn New York għal Malta li jiftaħ għalhekk is-suq Amerikan. Ma rridux ukoll ninsew il-konnessjonjiet tajba li għandha mill-Awstralja u min-naħa tal-Lvant  tad-dinja bħal Singapore u l-Ġappun li jgħinu biex iġibu turisti li jonfqu aktar. Dan diġà qed iħalli riżultat għax in-nefqa tat-turisti fl-ekonomija tagħna żdiedet b’19%.

Din it-tendenza rridu nsaħħuha u rridu nsaħħu wkoll il-guest nights filwaqt li d-distribuzzjoni ta’ in coming tourist jitqassam matul is-sena kollha u nnaqqsu l-effett ta’ stagjonalità.

Irridu nimmiraw li nkomplu insaħħu l-esperjenza tal-pajjiż kemm bl-akkoljenza, bis-servizz u bil-varjetà ta’ esperjenzi, b’mod li kull turist li jitlaq minn pajjiżna jiftaħar bl-esperjenza li jkun għex. Dan ma jissostitwixxix il-marketing targeted li jrid jissaħħaħ f’kull destinazzjoni.

Din il-ħidma u sfidi li għandna huma indirizzati bl-aktar mod professjonali u passjonat mill-ħaddiema kollha tal-MTA u ta’ dan jiena nirringrazzjahom bħalma nirringrazzja lill-membri tal-bord u lid-Deputat Prim Ministru, Ian Borg, għall-appoġġ tagħhom”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport