Skont il-paġna “It-Temp Madwarna”, li b’mod regolari taqsam l-aġġornament tat-temp fuq il-midja soċjali, id-dilettanti tal-Festi tal-Għid għandhom aħbar tajba.
Dan hekk kif din il-paġna qalet li t-temp mistenni li jibnazza gradwalment u r-riħ jieqaf zoptu għada l-Ħadd, jum l-Għid il-Kbir.
“Il-ġirjiet tradizzjonali bl-irxoxt jirritornaw u l-bnadar tar-reliġjon mistennija jittajru bla nkwiet ta’ xejn.”
Bosta persuni, u b’mod speċjali dilettanti tal-festi, laqgħu b’mod pożittiv ferm din l-aħbar b’mod speċjali minħabba l-fatt li f’dawn l-aħħar jiem it-temp ma kienx wieħed favorevoli tant li lbieraħ kellhom jitħassru l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira minkejja li kien hemm stennija kbira għalihom wara sentejn.