Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn meta kont żgħir ħafna. Missieri kien spiss jieħodni l-ground, gradwalment bdejt nieħu pjaċir nara l-logħbiet u spiċċajt ninsab ispirat biex nibda nilgħab jien ukoll. .
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Pietà Hotspurs FC.
S’issa, hija esperjenza sabiħa ħafna. Il-grupp hu wieħed magħqud u b’għaqda mill-isbaħ, u l-plejers kollha għandhom kwalità għolja. Huwa ambjent fejn tħossok komdu, appoġġjat, u fejn tista’ titgħallem minn dawk ta’ madwarek kontinwament – kemm f’dak li hu tekniku kif ukoll f’dixxiplina u mentalità sportiva.
X’tikkummenta fuq l-andament ta’ Pietà Hotspurs FC s’issa fil-BOV Challenge League?
Naħseb li kellna staġun tajjeb b’mod ġenerali. Għalkemm nemmen li stajna nkunu f’pożizzjoni aħjar, xorta wahda kelna season positiv.
X’tikkummenta fuq il-kowċ Manuel Caruana u l-assistent tiegħu Joseph Farrugia?
nista’ ngħid b’ċertezza li huma fost l-aqwa coaches li qatt kelli. Huma juru passjoni kbira għall-logħba u jżommu l-istandards għoljin. Kemm Coach Manuel kif ukoll Coach Joseph jidħlu fid-dettall f’kull sessjoni tat-taħriġ u jkunu dejjem lesti biex jgħinuk tissaħħaħ, kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Tista’ titgħallem ħafna minnhom.
X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?
It-tragward prinċipali tagħna kien li nibqgħu niġġieldu ma’ dawk ta’ fuq sa l-aħħar tal-istaġun. Dejjem kellna l-għan li nkunu kompetittivi u li noħorġu l-aqwa minna f’kull partita.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Qed nara l-futur tiegħi b’mod pożittiv. Irrid inkompli nitgħallem, intejjeb il-logħba tiegħi u nżid fil-prestazzjonijiet tiegħi.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Il-messaġġ tiegħi hu wieħed sempliċi: aħdem bis-serjetà, stinka dejjem, u qatt taqta’ qalbek!