Saturday, December 14, 2024

AĦJAR ĊEKKIJIET MILLI KONTIJIET

Aqra wkoll

It-Tnejn li għadda ċċelebrajna Jum il-Ħaddiem. Jum li fih il-poplu Malti u Għawdxi ngħaqad flimkien biex jagħmel festa kbira f’ġieħ dawk li jaqilgħu l-għajxien bil-paga tal-ħidma onesta tagħhom. Kienet ukoll ċelebrazzjoni tal-kwalitajiet kbar li sawwru u għadhom isawru lill-ħaddiem Malti u Għawdxi.

Irridu qabel xejn niftakru li kienu l-ħaddiema li ħmew is-suċċess ekonomiku li pajjiżna qed jesperjenza llum. Dan filwaqt li bnew l-istat soċjali, u daħħlu diversi servizzi pubbliċi ta’ sostenn għas-soċjeta. Kienu l-ħaddiema wkoll li wittew it-triq għall-kisba tal-ħelsien mill-ħakma tal-barrani.

Din l-istess bżulija tal-ħaddiem kompliet tiġi riflessa u anke ppremjata mal-milja tas-snin. Dan filwaqt li komplew jingħataw aktar drittijiet, libertjiet u kundizzjonijiet xierqa, anke fl-isfond tal-bidliet li qed iseħħu b’ritmu mgħaġġel fid-dinja tax-xogħol.

Minbarra f’dawn ir-realtajiet ġodda, Gvern Laburista dejjem ra wkoll kif jgħin lil kulħadd mhux l-inqas lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna, b’mod partikolari lill-pensjonanti, billi għal sena wara l-oħra tahom żidiet fil-pensjoni tagħhom.

Fil-kuntest ta’ dan kollu, ma nistgħux ma nfaħħrux l-inizjattiva kif imħabbra mill-Prim Ministru Robert Abela f’Jum il-Ħaddiem li minn nhar it-Tnejn li ġej, mal-250,000 persuna se jibdew jirċievu ċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa. Dan se jkun ifisser €26 miljun oħra għand il-ħaddiema u l-pensjonanti. Apparti hekk, iċ-ċekk għal din is-sena mistenni jkun l-aktar ċekk ta’ rifużjoni ta’ taxxa b’saħħtu.

Ejja ma ninsewx li dan hu l-istess ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa li kompla jingħata għal sena wara l-oħra taħt dan il-Gvern. Imma milli jidher il-Kap tal-Oppożizzjoni, minkejja li jgħid li l-ħaddiema għandu jkollhom pagi aħjar, ma naqasx milli jikkritika il-miżura soċjali tar-rifużjoni tt-taxxa. Ma rridux ninsew ukoll li taħt Gvern preċedenti konna mdorrijin ukoll b’kontijiet għoljin, fosthom dawk tal-kontijiet tal-enerġija.

Dan qed ngħiduh biex ma ninbsewx minn verament għandu għalk qalbu l-ġid tal-ħaddiema u tal-familji Maltin u Għawdxin. Għaliex iż-żmżien għandu ħabta jnessi imma żgur li l-poplu se jibqa jiktakar minn kien dak il-gvern li tejjiblu għajxien tiegħu bis-sħiħ u verament.

Ekonomija

Sport