Saturday, December 21, 2024

“Niżfen jew immut” – Ahmad Joudeh

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ahmad Joudeh, żagħżugħ mimli enerġija li kellu jiskopri d-destin tiegħu minn esperjenza pjuttost qarsa. “Se nirrakkonta storja dwar tfajjel li twieled f’kamp li fih jinżammu refuġjati Palestinjani f’Yarmouk fis-Sirja lura fl-1990,” Jgħidilna Joudeh.

Dak iż-żmien kien jgħix f’kamp tar-refuġjati però jgħid li qatt ma seta’ jifhem x’kienet tfisser dik il-kelma, “Xi ħaġa li x’aktarx ħallietni fil-libertà nkompli noħlom fuq il-futur tiegħi”, ikompli ż-żeffien.

“Kollox beda meta waqt li konna fil-kamp skoprejt li kelli talent tal-kant  u spiċċajt intagħżilt ma’ ħija biex nipparteċipaw fl-attività annwali li timmarka tmiem sena skolastika fiċ-ċentru tal-Belt ta’ Damascus. Kienet l-ewwel darba li ħriġt mill-kamp u kont impressjonat bil-ġmiel ta’ binjiet li kienu kbar wisq f’għajnejja. Wara l-kant ingħatajna permess inkomplu nsegwu u ma ninsa qatt kemm kont ħadt pjaċir insegwi ż-żfin ta’ wara. Ommi kienet bastun għalija, iżda missieri għamel minn kollox biex iwaqqafni għax skont it-tradizzjoni f’soċjetajiet Sirjani hija xi ħaġa tal-mistħija li raġel jiżfen. Min hemm beda l-ġlied u ommi u missieri spiċċaw infirdu. Biex tkompli tgħaxxaq, minħabba l-gwerra kelli bilfors ningħaqad minn tal-anqas ħames snin fl-armata. Ftit jiem qabel kelli nħalli l-familja biex ningħaqad fl-armata ġej avviċinat minn ġurnalist Olandiż li għamel dokumentarju dwar il-ħolma tiegħi.

Minflok fl-armata kont imsejjaħ minn skola taż-żfin fl-Olanda u minn hemm komplejt nikber fit-talent. L-ISIS xejn ma kienu kuntenti bl-istorja tiegħi ddur mad-dinja bħala bniedem liberu u rċevejt ħafna theddid. Ommi ħelsitha mill-mewt għax ċaħditni u qalitilhom li hi kienet qatgħet il-kuntatt kollu miegħi. Kif smajt hekk iddeċidejt li mmur niżfen qalb it-tifrik fis-Sirja saħansitra ma’ dak li kien baqa’ it-tempju ta’ Palmyra meqjus bħala l-biċċerija umana tal-ISIS. Illum kuntent li missieri wasal jaċċetta dak li għamilt iżda l-ikbar ħolma għadni ma wettaqthiex… Il-ħolma tiegħi hi li niftaħ kumpanija taż-żfin fis-Sirja, il-pajjiż fejn twelidt u għelibt kull sfida quddiemi.”

Ahmad Joudeh, żagħżugħ mimli enerġija li kellu jiskopri d-destin tiegħu minn esperjenza pjuttost qarsa. “Se nirrakkonta storja dwar tfajjel li twieled f’kamp li fih jinżammu refuġjati Palestinjani f’Yarmouk fis-Sirja lura fl-1990,” Jgħidilna Joudeh.

Dak iż-żmien kien jgħix f’kamp tar-refuġjati però jgħid li qatt ma seta’ jifhem x’kienet tfisser dik il-kelma, “Xi ħaġa li x’aktarx ħallietni fil-libertà nkompli noħlom fuq il-futur tiegħi”, ikompli ż-żeffien.

Ahmad Joudeh; iż-żeffien li kiseb fama internazzjonali minkejja numru ta’ ostakli minn tfulitu

“Kollox beda meta waqt li konna fil-kamp skoprejt li kelli talent tal-kant  u spiċċajt intagħżilt ma’ ħija biex nipparteċipaw fl-attività annwali li timmarka tmiem sena skolastika fiċ-ċentru tal-Belt ta’ Damascus. Kienet l-ewwel darba li ħriġt mill-kamp u kont impressjonat bil-ġmiel ta’ binjiet li kienu kbar wisq f’għajnejja. Wara l-kant ingħatajna permess inkomplu nsegwu u ma ninsa qatt kemm kont ħadt pjaċir insegwi ż-żfin ta’ wara. Ommi kienet bastun għalija, iżda missieri għamel minn kollox biex iwaqqafni għax skont it-tradizzjoni f’soċjetajiet Sirjani hija xi ħaġa tal-mistħija li raġel jiżfen. Min hemm beda l-ġlied u ommi u missieri spiċċaw infirdu. Biex tkompli tgħaxxaq, minħabba l-gwerra kelli bilfors ningħaqad minn tal-anqas ħames snin fl-armata. Ftit jiem qabel kelli nħalli l-familja biex ningħaqad fl-armata ġej avviċinat minn ġurnalist Olandiż li għamel dokumentarju dwar il-ħolma tiegħi… Minflok fl-armata kont imsejjaħ minn skola taż-żfin fl-Olanda u minn hemm komplejt nikber fit-talent. L-ISIS xejn ma kienu kuntenti bl-istorja tiegħi ddur mad-dinja bħala bniedem liberu u rċevejt ħafna theddid. Ommi ħelsitha mill-mewt għax ċaħditni u qalitilhom li hi kienet qatgħet il-kuntatt kollu miegħi. Kif smajt hekk iddeċidejt li mmur niżfen qalb it-tifrik fis-Sirja saħansitra ma’ dak li kien baqa’ it-tempju ta’ Palmyra meqjus bħala l-biċċerija umana tal-ISIS. Illum kuntent li missieri wasal jaċċetta dak li għamilt iżda l-ikbar ħolma għadni ma wettaqthiex… Il-ħolma tiegħi hi li niftaħ kumpanija taż-żfin fis-Sirja, il-pajjiż fejn twelidt u għelibt kull sfida quddiemi”.

Ekonomija

Sport