Sunday, June 22, 2025

“Aħna biddilna lil Malta minn pajjiż tat-Tielet Dinja għall-pajjiż modern”

- Id-deputat Mark Anthony Sammut

Aqra wkoll

“Aħna biddilna lil Malta minn pajjiż tat-Tielet Dinja għall-pajjiż modern.” Hekk stqarr id-Deputat Mark Anthony Sammut waqt il-ftuħ tal-Kunsill Ġenerali li bih ingħata bidu għal proċess li bih se jiġi elett Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Sammut beda biex sellem lil Bernard Grech fejn qal li taħt it-tmexxija tiegħu l-Partit għamel riformi kbar kif ukoll qal li taħt it-tmexxija tiegħu l-PN ġab l-aqwa riżultati fl-elezzjonijiet fl-aħħar 16-il sena.

Id-deputat Nazzjonalista semma kif 21 sena ilu kien daħal għall-ewwel darba fil-Partit Nazzjonalista fejn dakinhar kien daħal fil-kumitat tal-Gudja. Qal li dakinhar kellu biċċa xogħol żgħira ħafna fejn kien idaħħal l-ittra fl-envelops. “Għalija kienet biċċa xogħol żgħira, iżda wara ndunajt li dik kienet biċċa xogħol minn xi ħaġa ferm akbar,” qal id-deputat Mark Anthony Sammut.

Tkellem ukoll li bħalissa hemm ħafna nies fosthom esponenti tal-PN li qegħdin jgħidu li l-partit irid jerġa’ jsib l-identità tiegħu… “Għalija dak li kont nemmen fih 21 sena ilu għadni nemmen fih illu.”

Imbagħad hu tkellem dwar diversi li skont hu kienu kisbet li għamel il-PN. “Ejja ma nkunux aħna stess li ninsew min aħna jew ma nibqgħux inkunu kburi b’dak li għamilna… Aħna l-partit tal-ġid komuni li jaqdi l-interess tal-ħafna…” kompla jgħid d-deputat Mark Anthony Sammut.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport