Saturday, November 16, 2024

“Aħna biss qegħdin hemm għall-poplu Malti mingħajr interessi personali”

- Bernard Grech

Aqra wkoll

F’intervista telefonika l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech iddikjara li huma biss tal-PN li qegħdin hemm għall-poplu Malti mingħajr interessi personali. Bil-għan li jissostanzja dan u biex il-partit tiegħu fl-Oppożizzjoni “mingħajr interessi” jiġbed aktar nies lejh, ħa ħsieb li jkompli bl-attakki partiġġjani u allegazzjonijiet kontra l-Gvern. Dan b’mod partikolari lejn il-Prim Ministru Robert Abela li skont huwa ġabna ngħixu f’pajjiż ta’ tiranija.

Il-Kap tal-PN fil-minuti li tkellem semma’ l-vittma tal-aħħar femiċidju, Nicolette Grixti, mewta li żgur hija ta’ ġerħa għal-pajjiż kollu u m’għandhiex tintuża għal għajnijiet ta’ propaganda politika. Fir-rigward Grech ikkwota artiklu li “ikkonferma dak indikat – il-Kummissarju tal-Pulizija gideb fuq il-vittma”. Hawn Grech attakka li għandna nies bla skrupli li jaslu li ma jagħmlu xejn u “għalhekk għalina hmm bżonn li ssir inkjesta indipedenti. Qegħdin naqblu mal-familja li ssir għax hemm nies li lesti li jigdbu biex jaħbu l-verità. Aħna nappoġġjaw it-talba tal-famija… f’dan il-pajjiż ħadd mhuwa ‘l fuq mil-liġi”.

Fl-intervent tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni elenka aktar kwistjonijiet inkluż tal-Karti tal-Identità. Hawn ukoll irriklama l-partit tiegħu bħala l-partit tal-poplu hekk kif il-PN qiegħed jistieden lil dawk li jirċievu korrispondenza fir-rigward biex jagħmlu kuntatt magħhom ħalli jkunu jistgħu jiġbru l-evidenza u jippreżentawha lill-maġistrat. Grech ħa ħsieb li jsemmi li għandhom “is-soluzzjonijiet” b’elenku ta’ passi li jemmen li hemm bżonn biex terġa’ tinkiseb i-fiduċja fid-Dipartiment tal-Identity Malta. Dawn il-passi jinkludu proċess ta’ verifika, pubblikazzjoni tar-rapport tal-inkjesta interna tal-Identity Malta u għal darb’oħra, ir-riżenja tal-Ministru Byron Camilleri.

Filwaqt li wiegħed li bħala partit se jkomplu jagħmlu pressjoni fuq dawn il-kwistjonijiet, Grech attakka wkoll lil Norma Saliba għall-kontestazzjoni tagħha fir-rwo ta’ President tal-PL. Dan għamlu bl-argument li Saliba qiegħda tiġi ppremjata minn Robert Abela “għax fidila lejh”.

Fl-istess ħin u nagħlqu b’dan, Bernard Grech ammetta li m’hemm xejn ħażin li eks Kap tal-Aħbarijiet tikkontesta għal tali kariga.

Ekonomija

Sport