Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Li tkun mill-Belt hija normali li titrabba b’imħabba lejn il-futbol. L-imħabba tiegħi lejn il-futbol awtomatikament bdiet minn etá żgħira ħafna, l-iktar bis-saħħa ta’ missieri, dejjem niġri miegħu nara t-team tal-Belt jittrenjaw kif ukoll logħob tal-kampjonat. Ili involut fil- futbol issa minn meta dħalt nilgħab mal-Belt ta’ seba’ snin.
U għaliex għażilt proprju r-rwol ta’ goalkeeper?
Ir-rwol ta’ goalkeeper tista’ tgħid li ġie ta’ bla ħsieb. Proprjament bdejt bħala plejer u wara biss ġimgħa, ta’ tifel li kont iddeċidejt li nidħol goalkeeper. Dan ir-rwol għoġobni u vera ħadt gost fih. Inħares lura, ma jiddispjaċini xejn bl-għażla li għamilt. Illum il-ġurnata nemmen li huwa l-iktar rwol diffiċli fil-futbol … tgħidli għaliex? Il-fatt li jista’ jkollok il- logħba ta’ ħajtek u bi żball wieħed prattikament jista’ jintesa kollox, għalija turi r- responsabbiltá kbira li għandu goalkeeper fil-logħba tal-futbol.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ St George’s FC.
Bħala esperjenza ma’ St George’s FC nista’ ngħid li hija waħda pożittiva ħafna iktar milli ħsibt u ninsab kuntent . Laqgħuni u emmnu fija mill-bidu nett. Hemm ambjent vera sabiħ u grupp ta’ plejers kif ukoll kowċ u kumitat li mingħajr ma trid, tħossok parti minn familja mal-ewwel ġurnata. Din is-sena, l-istaff tekniku u l-kumitat qed jaħdmu b’mod passjonat biex jiżguraw staġun memorabbli għal kulħadd, inkluż għalina l-plejers u l- partitarji leali tagħna.
X’tikkummenta fuq il-kowċ, Edmond Lufi?
Il-kowċ Edmond Lufi huwa kowċ kapaċi ħafna b’esperjenza kbira fil-futbol Malti. Huwa kowċ professjonali kemm ġewwa u anke barra l-pitch. Huwa kowċ li ma jiddejjaqx jagħti ċans lill-plejers żgħażagħ u jemmen fil-potenzjal tagħhom. Kowċ li jagħmel sessjonijiet ta’ taħriġ interessanti u jidħol ħafna fid-dettall speċjalment fid-dixxiplina tattika biex jaddatta għall-avversarji li jkun imiss . Ħaġa li nammira fih hi l-mentalitá rebbieħa li jdaħħal fit-tim biex kull wieħed minna jagħti iżjed mill-mija fil-mija tiegħu f’kull partita biex jaslu r-riżultati.
X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-aħħar staġun?
Jekk nirriflettu fuq l-istaġun li għadda, aħna kburin bil-vjaġġ li għamel it-tim tagħna. Ix- xejra kienet ċara: sfidajna lilna nfusna biex niksbu l-promozzjoni. Flimkien bnejna grupp b’saħħtu, magħqudin bl-għan komuni tagħna li neħduha logħba b’logħba.
Ix-xogħol iebes tagħna beda jagħti l-frott, hekk kif għamilna rawnd sħiħ mingħajr telfa waħda! Filwaqt li ma lħaqniex l-aħħar tragward tagħna din id-darba, nistgħu nħarsu lura lejn staġun pożittiv ħafna mimli tkabbir u determinazzjoni. Inħarsu ‘l quddiem, nemmnu li billi nirriflettu fuq l-istagun li għadda u nsaħħu l-iskwadra tagħna, nistgħu noffru sfida denja matul l-istaġun li ġej. Aħna lesti li nimmiraw ‘il fuq u ngħollu lit-tim ta’ St George’s fejn verament jistħoqqlu!
Grazzi lill-plejers sħabi, kowċ, kumitat u mhux l-inqas partitarji tagħna talli kienu parti essenzjali minn dan il-vjaġġ.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Fl-opinjoni tiegħi fadal x’jitjieb , peró, il-livell nemmen li qiegħed jogħla . Tħares lejn l- ogħla diviżjoni bl-inklużjoni ta’ iktar plejers barranin f’dawn l-aħħar snin, apparti li għola l-livell fl-ogħla diviżjoni, ħafna mill-plejers ta’ livell u ta’ esperjenza qed jinżlu jilagħbu f’ diviżjonijiet inferjuri biex b;hekk jgħollu iktar il-livell ta’ dawn id-diviżjonijiet. Ikollok dat- tip ta’ plejers jgħollu l-livell mhux biss fl-aspett t’abbiltá imma bl-esperjenza tagħhom jistgħu jgħinu u jkunu mera ta’ plejers żgħażagħ li għadhom telgħin u jaspiraw li jaslu fil- futbol Malti.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Ifhem, bħala grawnds tul is-snin morna ħafna ‘l quddiem, speċjalment li jinbidlu ċerti uċuh tal-pitches u anke dwal. Peró, nemmen li għad fadal ħafna x’jista jsir, bħal forsi jitranġaw ċerti dressing rooms jew affarijiet żgħar fix-xawers. Ġieli tilgħab logħba fl-eqqel tax-xitwa u wara ma jkunx hemm misħun biex tinħasel wara xi tixriba. Nemmen li l-iktar ħaġa importanti hija li jkun hemm tixrib fil-pitches qabel il-partiti speċjalment fit- temp sħun li għandna f’pajjiżna u forsi b’hekk nevitaw ħafna mill-injuries li qed ikollna kull staġun. Qed insemmi l-injuries, f’diviżjonijiet inferjuri ċerti logħbiet ikun hemm xi inċident ikrah iktar minn tas-soltu u dak li jkun ikollu bżonn l-assistenza medika b’ urġenza, ġieli tagħmel ħin twil tistenna biex tieħu l-għajnuna.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Rigward il futur nibqa bhal dejjem bil mentalita li nahdem u nistinka kuljum biex nibqa nitghallem u ntejjeb kemm nista il prestazzjonijiet tieghi , umbad naraw x opportunitajiet jistaw jinqalaw il quddiem.
It-tir tiegħi hu li nibqa’ nilgħab futbol sakemm tagħtini s-saħħa, apparti għax inħobb il- logħba, anke biex forsi ngħin żgħażagħ li telgħin bil-ftit esperjenza li għandi.
Inħares iktar ‘il quddiem ma neskludix li nibqa’ involut fil-futbol anke f’xi rwol ta’ kowċing.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Il-karriera tal-futbol hi qasira u mhi faċli xejn. Trid tkun dedikat, umli u tħobb dak li qed tagħmel. Il-futbol fih ħafna sagrifiċċji u mumenti diffiċli.
Trid tkun professjonali kemm gewwa l-pitch kif ukoll barra fil-ħajja personali.
L-importanti li meta l-affarijiet ikunu ġejjin ħżiena ma taqta’ qalbek qatt u temmen fil- potenzjal tiegħek u ma tħalli lil ħadd iwaqqfek biex tasal fejn tixtieq tasal.
Iżda min-naħa l-oħra, meta tħoss li qbadt it-triq it-tajba importanti li żżomm saqajk mal- art u tibqa’ taħdem biex titjieb f’kull aspett li għandu x’jaqsam mal-futbol.