Sunday, November 3, 2024

“Aħna ma nvadejna lil ħadd… kulma rridu hu li nitħallew ngħixu fil-paċi”

Jiċċelebra l-anniversarju u għeluq snin il-mara fl-isptar wara li salva mill-attakk tal-missili Russi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Maksym Musienko ta’ 26 sena huwa wieħed mill-irġiel li salvaw mill-attakk ta’ misslli li ġew sparati aktar kmieni din il-ġimgħa f’kumpless tax-xiri fl-Ukrajna. 

F’intervista huwa qal li fil-ħanut kien hemm mal-100 klijent u li kollox kien għaddej bħas-soltu. Għall-ħabta tal-4:00 p.m (Ħin tal-lokal), missili Russi ġarrfet il-kumpless li jinsab fiċ-ċentru tal-belt u mill-inqas 18-il persuna mietu u 59 oħra ndarbu. 

Ir-raġel qal li huma qatt ma stennew dan l-attakk għax ħasbu li kienu ’l bogħod mill-periklu għax dak il-kumpless ma kellux ikun fil-mira tar-Russi.

Ir-raġel se jkollu jqatta’ l-anniversarju ma’ martu Viktoria, li l-ġimgħa d-dieħla se tkun qiegħda tiċċelebra għeluq sninha wkoll, mill-isptar.

Huwa qal bid-dmugħ f’għajnejh, “aħna ma nvadejna lil ħadd… kulma rridu hu li nitħallew ngħixu fil-paċi”.

Sport