Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kellu kliem iebes fil-konfront tal-Avukat Andrew Borg Cardona, wara li dan tal-aħħar f’kumment li għamel fuq il-midja soċjali qasam lin-Nazzjonalisti f’livelli differenti.
Aktar tard Borg Cardona neħħa l-kumment tiegħu minn fuq il-midja soċjali, u f’kumment ġdid saħaq li dan kien inftiehem ħażin.
Madankollu f’kumment li għamel tard ilbieraħ filgħaxija, delia saħaq li “aħna m’aħniex klassisti u nilqgħu lil kulħadd.”
Delia żied jgħid li għall-Partit Nazzjonalista kulħadd huwa fl-istess livell u jiġbor lil kulħadd taħt umbrella waħda.