“Għandna tabù li ma jippemettix lill-persuni intersex li jgħixu u jitkellmu dwar l-esperjenza tagħhom, jiġifieri dik li twieldu intersex”. Dan iddikjaratu is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, fil-Parlament meta tkellmet dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili.
Spjega li “r-realtà ta’ persuni intersex f’Malta għadha moħbija. Dawn jesperjenzaw stejjer tal-waħx. Isirulhom testijiet mediċi biex is-soċjetà taħbi l-elementi intersex tagħhom u ddawwarhom għal irġiel jew nisa.”
Enfasizzat li “aħna qed indaħħlu din l-emenda li ġenituri jistgħu ma jiddikjarawx is-sess tat-tarbija mhux għax qed niġġennu imma għax nafu bir-realtajiet li jeżistu. Il-lemin estrem jieħu kull opportunità li jbeżża’ bil-babaw. Ejjew inkunu umani u sensittivi lejn realtajiet li huma kiefra.”