Sunday, December 22, 2024

“Aħna perfetti kif aħna… in-nies imorru u jiġu minn ħajjitna”

Emma Muscat b'messaġġ għal dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli ftit sigħat qabel is-semifinali tal-lejla

Aqra wkoll

“Ħerqana biex nitla fuq il-palk illejla u nagħti wirja mill-aqwa”. Iddikjarat dan il-kantanta Maltija Emma Muscat ftit sigħat qabel it-tieni semifinali tal-lejla li se tara l-aħħar għaxar finalisti li se jkunu qegħdin jiksbu post għall-finali tas-Sibt li ġej.

Rigward il-messaġġ tagħha għal dawk li għaddejjin minn żminijiet diffiċli fir-relazzjoni tagħhom, il-kantanta Maltija sostniet li “Aħna perfetti kif aħna, in-nies se jiġu u joħorġu minn ħajtek, iżda finalment il-persuna li tqatta’ ħajtek miegħu huwa inti stess”.

Rigward il-wirja tal-bieraħ quddiem il-ġurija, hija qalet li hija kburija mmens bil-prestrazzjoni tagħha għax temmen li hi tat il-massimu li setgħet u kellha rispons pożittiv. 

F’appell aħħari hija appellat lil dawk kollha li għandhom xi qraba jew ħbieb fil-pajjiżi li jistgħu jivvutaw illejla biex illejla jivvutawlha hekk kif hi se tkun qiegħda tkanta fis-sitt post.

Ekonomija

Sport